TagħrifAttivitajietKalendarjuRitrattiLinksKuntatt

Tagħrif u Informazzjoni

zak-quote

ŻAK Mosta tifforma parti miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika. Din l-organizzazzjoni għandha l-għan li tipprovdi edukazzjoni spiritwali u soċjali liż-żgħażagħ li jiffrekwentawha. Din l-edukazzjoni qiegħda tkun ibbażata fuq 'empowerment' li ż-żgħażagħ qiegħdin ikollhom. L-iskop hu li permezz ta' parteċipazzjoni attiva l-membri taż-ZAK Mosta jkunu qiegħdin jieħdu sehem sa mill-fażijiet ta' preparazzjoni. Dan ikun imsaħħaħ waqt l-implimentazzjoni ta' inizzjattivi jew proġetti li l-gruppi jkunu qiegħdin jieħdu. Dan il-proċess ikun evalwat biex tissaħħaħ l-istess formazzjoni taż-żgħażagħ li permezz tagħha jiggwadanjaw kemm fuq livell personali kif ukoll bħala grupp.

Il-gruppi jiltaqgħu darba fil-ġimgħa fejn f' ambjent mhux formali, l-membri jkollhom ċans jipparteċipaw f' diskussjonijiet, logħob u proċessi informattivi li permezz tagħhom iż-żgħażagħ ikollhom iċ-ċans li jsaħħu l-abiltajiet u t-talenti tagħhom.

Din it-tabella turi meta u fejn jiltaqgħu d-diversi gruppi taż-ŻAK Mosta:

GruppPostJumĦin
1986-1993Kappella Santa Margerita,
Żona ta' Santa Margerita,
Triq id-Dura,
Mosta
Ara mappa fuq Google Maps.
Is-Sibt1.30pm
1994-1995Oratorju Qalb ta' Ġesu,
Triq it-Torri,
Mosta
Ara mappa fuq Google Maps.
Is-Sibt3.30pm
1996-1997Ċentru Marija Omm il-Knisja,
Żona ta' Mlit,
Triq iċ-Ċinju,
Mosta
Ara mappa fuq Google Maps.
Is-Sibt4.30pm
1998-1999Ċentru Marija Omm il-Knisja,
Żona ta' Mlit,
Triq iċ-Ċinju,
Mosta
Ara mappa fuq Google Maps.
Is-Sibt3.30pm
2000-2001Ċentru Sant'Andrija,
Triq il-Kostituzzjoni,
Mosta
Ara mappa fuq Google Maps.
Is-Sibt12.00pm
(C) 2011 ŻAK Mosta. Contact webmaster on: webmaster@zakmosta.org