![]() Nilqgħuk fis-sit elettroniku taż-ŻAK Mosta. Mission Statement: ŻAK Mosta tipprovdi edukazzjoni spiritwali u soċjali liż-żgħażagħ bil-għan li jitkattar aktar ġid u għarfien biex b'hekk, jkunu jistgħu jiġu meħuda aktar deċiżjonijiet infurmati. Uża l-buttuni li hemm fin-naħa ta' fuq biex tmur fil-paġni l-oħra tas-sit. Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar iż-ŻAK Mosta jew inkella ikkuntatjana. |
|
Qatt xtaqt tingħaqad ma' grupp ta' żgħażagħ dinamiku u divertenti? Iż-ŻAK Mosta dejjem lesti biex jilqgħuk fosthom. Matul il-laqgħat niddiskutu varjetà sħiħa ta' suġġetti addattati fejn l-opinjoni ta' kulħadd tgħodd. Barra minn hekk, il-laqgħat ikunu mimlijin logħob u matul is-sena ż-ŻAK Mosta torganizza ħafna attivitajiet differenti. Ejja ltaqgħa magħna!
Il-ħinijiet tal-laqgħat tista' issibhom fuq il-paġna tat-tagħrif. Tista' tiġi għal-laqgħa li jmiss mill-ewwel fejn ikollok ċans tintroduċi ruħek u tiltaqa' mal-membri l-oħra. Jekk tixtieq tikkuntatjana ibgħatilna e-mail fuq info@zakmosta.org jew mur fuq il-paġna tal-kuntatt.